Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri xejjen għal kollox l-allegazzjonijiet li l-eks Deputat Nazzjonalista u l-Avukat tal-Għaqda Repubblika Jason Azzopardi għamel fil-konfront tiegħu, fosthom b’talba għal inkjesta oħra din id-darba fuq iċ-Ċentru Akwatiku t’Għawdex.
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Ministru Camilleri qal kif dan kollu huwa immirat biss biex iħammġuh b’kull mezz u b’kull għodda, dan filwaqt li sejjaħ dak li qed jallega Jason Azzopardi u li qed tikkwotah il-midja, bħala miżinformazzjoni.
Filwaqt li anke ppreżenta xi ċifri b’rabta mal-proġetti msemmija, il-Ministru għal Għawdex qal kif dan huwa fatt wieħed biss minn għexieren ta’ fatti oħra li se jkun qed jispjega meta jkun mitlub u temm jgħid kif din hija persekuzzjoni politika u kulħadd ser ikollu jwieġeb għal għemilu.
Ara x’qal il-Ministru Camilleri:
Aqra wkoll: