Raġel ta’ 40 sena mill-Ħamrun weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qiegħed fuq sellum fuq il-bejt ta’ residenza tiegħu, fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8:45am fi Triq San Gejtanu.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.