Dalgħodu, tfakkru l-għaxar snin tal-Prince’s Trust f’Malta. Kien għaxar snin ilu, meta l-Prinċep Karlu, illum Re, tar-Renju Unit żar Malta u fost oħrajn nieda l-ewwel Prince’s Trust ’il barra mir-Renju Unit, waqt li mbagħad il-programm infirex madwar id-dinja.
Fl-aħħar għaxar snin, bosta skejjel Sekondarji u anke dawk Medji bdew jipparteċipaw f’din l-inizjattiva.
Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima, li qal li dan il-programm, li llum hu magħruf bħala l-King’s Trust, ta opportunitajiet ġodda liż-żgħażagħ f’pajjiżna biex jimirħu fil-potenzjal tagħhom.