F’sentenza li fiha ċaħdet it-talbiet tal-għaqda Republika, il-Qorti ddikjarat li l-leakage ta’ inkjesta li għaddiet għand il-President Onorarju tal-għaqda Republika, u qalet li dan il-fatt itappan serjament l-ingerità tal-inkjesta.
L-għaqda Repubblika permezz tal-President ressqet rikors il-Qorti kontra l-Kummissarju tal-Pulizija għaliex skont in-Nutar Aquilina dan ma ressaqx persuni li kienu jaħdmu fil-bank Pilatus wara inkjesta marbuta ma’ ħasil ta’ flus.
Iżda l-Qorti preseduta mill-Imħallef Nadine Sant Lia, ma qablitx mal-għaqda Repubblika u saħqet li l-Pulizija dejjew segwiet l-ordnijiet mogħtija lilha mill-Qorti Inkwerenti u kif ukoll l-Avukat Ġenerali.
F’din is-sentenza ħareġ mod ċar lin-Nutar Robert Aquilina, ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, kellu informazzjoni li mhux suppost kellu f’idejh.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti nnutat kif f’ħafna mix-xhieda tiegħu, Robert Aquilina, ibbaża ħafna fuq xniegħat u fuq dak li sema’ mingħand in-nies.
Meta mistoqsi biex isemmi n-nies li qalulu b’informazzjoni, hu ma qalx min huma.
Ġie nnutat kif kien hemm leaks mill-inkjesta dwar Pilatus Bank, tant li kien hemm testi oriġinali li ġew leaked.
Il-Qorti nnutat kif dan hu inkwetanti u kif l-istituzzjonijiet naqsu li jħarsu dan.
Ġie spjegat kif Robert Aquilina kellu f’idejh informazzjoni li mhux suppost kienet għandu u l-Maġistrat innutat li kien hemm leaks fosthom mid-Dipartiment għall-Investigazzjoni dwar il-Kriminalità Finanzjarja, l-FCID, fejn kien hemm jaħdem l-eks Supretendent Frank Anthony Tabone, illum kandidat Nazzjonalista fuq it-13-il distrett u magħruf kemm hu qrib ħafna ta’ Jason Azzopardi.
Il-Qorti ordnat lill-Pulizija jinvestigaw il-leakage tal-inkjesta lin-Nutar Robert Aquilina, b’enfasi li l-investigazzjoni għandha tkun mill-aktar mod wiesa’ li tista’ tkun, tenut kont tas-severità u s-sensittiva tad-dokument u sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa u neċessarji.