Mill-ġdid, l-eks Deputat Nazzjonalista u l-Avukat tal-għaqda Repubblika Jason Azzopardi għamel it-tielet talba għal inkjesta oħra kontra l-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri.
Din id-darba relatata mal-proġett li għolla l-livell tal-isports fil-gżira Għawdxija, dak taċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv fir-Rabat, li wkoll jinkludi l-ewwel pixxina Olimpika u se jservi mitqlu deheb għall-atleti lokali u jattira anke dawk internazzjonali.
Mill-ġdid, Azzopardi spara s-soltu allegazzjonijiet tiegħu kontra l-Ministru Camilleri, kif għamel ukoll kontra oħrajn. Biex wara spiċċa jiġi kkundannat għal malafama kif ġara fil-każ tad-Deputat Carmelo Abela jew jammetti li kien gideb, bħall-każ tas-Segretarju tal-Kabinett, Ryan Spagnol.
Fi żmien il-festi, l-avukat tal-‘Blue Heroes’ daħħal ħames talbiet għal inkjesti fil-konfront tal-Ministri Clint Camilleri u Silvio Schembri.