Illum l-Erbgħa 15 ta’ Jannar, Mario Coleiro jwassal l-aħħar programm tas-sensiela GĦIDLI STORJA. Ġimgħa wara l-oħra, minn Ottubru ‘l hawn, waqt il-programm GĦIDLI STORJA kienu bosta li rrakkuntaw xi episodju, xi esperjenza, xi storja li bosta tkellmu dwarha jew li għexna bħala pajjiż.
Dan l-aħħar programm ser jittratta d-data importanti fl-istorja ta’ pajjiżna meta Malta ħadet il-helsien sħiħ min kull rabta mal-bażi militari barranija. Id-data importanti tal-31 ta’ Marzu 1979.
Mario Coleiro ser jagħti informazzjoni fuq il-ħakkiema kollha li kellha Malta sakemm wasal jum il-helsien. Dr. Alex Scibberas Trigona ser ikun il-mistieden speċjali u li jirrakonta l-istorja ta’ Jum il-Ħelsien f’dan l-aħħar programm ta’ GĦIDLI STORJA fid-8:45pm fuq ONE