F’ħames snin ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru, il-Gvern investa fl-akbar ammont fis-settur importanti tal-akkomodazzjoni, biex ukoll ġew inawgurati bosta postijiet ġodda għall-familji vulnerabbli f’pajjiżna.
Fosthom dak tal-Imsida, li hu l-akbar proġett ambizzjuż ta’ housing soċjali f’pajjiżna għal mija u żewġ familji, b’investiment ta’ għaxar miljun ewro.
Apparti l-investiment f’binjiet ta’ housing, il-Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, ħaseb ukoll għal skemi biex aktar nies isiru sidien ta’ djarhom.
Fost dawn, il-Gvern ta’ Robert Abela ħa ħsieb lill-first-time buyers, hekk kif daħħal l-iskema ta’ għaxart elef ewro fuq għaxar snin. Waqt li ssaħħet ukoll l-iskema għal min qed jinvesti fl-ewwel proprjetà personali tiegħu.
Gvern Laburista, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, kompla jestendi l-iskema tal-eżenzjoni tat-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €200,000 għall-first-time buyers, waqt li estenda it-tnaqqis għal second-time buyers.
Dan filwaqt li żied l-inċentivi lil dawk li jixtru f’żona ta’ konservazzjoni urbana, magħrufa bħala UCA, għal dawk li jixtru djar li jkunu ilhom sew vakanti jew dawk b’estetika tradizzjonali.
Il-Gvern ta’ Robert Abela estenda l-iskema tal-Equity Sharing għal dawk li għandhom iżjed minn tletin sena. Dan hekk kif qabel din kienet miftuħa għal dawk li għandhom ’il fuq minn erbgħin sena.
Riforma oħra li ddaħħlet taħt dan il-Gvern hemm dik tan-New Hope, li tiżġura li persuni b’diżabilità jew dawk b’ċerti kundizzjonijiet mediċi, xorta jingħataw self mill-banek biex jixtru darhom.
Il-Gvern ta’ Robert Abela indirizza l-problema fil-liġi tal-kera ta’ qabel l-1995. Riforma li ma ħalliet lil ħadd bla saqaf fuq rasu u għenet kemm lis-sidien kif ukoll lill-inkwilini, partikolarment il-pensjonanti li jkunu ilhom jgħixu fl-istess residenza għal żmien twil qabel.
Ħames snin ta’ Robert Abela. Ħames snin ta’ miżuri biex kulħadd ikun sid ta’ daru.