Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Leonid McKay, ftit tal-ħin ilu għamel intervent waqt il-programm ‘Bil-Fatti’ fejn irringrazzja lil dawk kollha li, lbieraħ, imlew il-Warehouse 21 f’Kordin għar-rally organizzat fl-okkażjoni tal-ħames snin ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista.
Hu semma kif waqt din l-attività kien hemm uċuħ ġodda.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Leonid McKay irringrazzja wkoll lil dawk li attendew, iżda minħabba n-nies li kien hemm ma sabux post u rritornaw lejn djarhom.