Matul dan tmiem il-ġimgħa, Joseph Chetcuti flimkien mat-tim tiegħu wasslu edizzjoni speċjali tal-programm ARANI ISSA. Ftit tal-ġimgħa ilu, Joseph flimkien mal-kru tal-programm żaru l-Kenya. Hemmhekk huma ltaqgħu ma’ diversi esperjenzi umani, liema esperjenzi wassluhom lis-segwaċi tal-programm f’edizzjoni speċjali li xxandret is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd wara nofsinhar.
Fi ftit siegħat is-Sibt filgħaxija u fi ftit siegħat oħra l-Ħadd wara nofsinhar, fi trażmissjoni ta’ ftit anqas minn 6 siegħat, is-segwaċi tal-programm taw b’€35,125 lill-missjoni fil-Kenya.
Joseph Chetcuti kien entużjażt immens x’ħin ħabba is-somma li nġabbret u qal li huwa xhieda ta’ dawn il-flus li jmorru għall-ifqar fost il-fqar,