Marsa irnexxilhom jiksbu rebħa u kwalifikazzjoni għas-spejjes ta’ Pieta Hotspurs meta fl-ewwel partita tas-Sibt wara nofsinhar fil-Victor Tedesco Stadium huma għelbu lil Pieta 5 – 1 biex b’hekk kwalifikaw għal mal-aħħar sittax tal-Meridienbet FA Trophy.
Marsa fil-vantaġġ fit-18 il-minuta permezz ta’ Renan Sgaria Farias bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0.
Fit-tieni taqsima assistejan għal xejn inqas minn ħames goals. Jake Engerer fil-52 minn penalty għamel l-iskor 2 – 0 favur Marsa iżda Pieta wieġbu ftit tas-sekondi biss wara meta fil-56 minuta Gabriel Nazareno Mannino irnexxilu jsib ix-xibka għal 2 – 1.
Joao Vitor De Oliveira Florencio irnexxilu jiskorja darbtejn f’spazzju ta’ żewġ minuti biex ta’ vantaġġ komdu lil Marsa, vantaġġ ta’ 4 – 1. Florencio filfatt skorja fit-78 u fit-80 minuta.
Bil-partita magħluqa, s-solitu Lydon Micallef fit-84 minuta irnexxili jniżżel ismu fuq il-lista tal-skorers bil-ħames goal għal Marsin.
Skor Finali Pieta wieħed Marsa ħamsa.
Referee: Malcolm Spiteri