L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, dik li tirrappreżenta t-tobba mmexxija minn Martin Balzan, ordnat direttivi biex it-tobba jieqfu jittrasferixxu pazjenti fl-isptarijiet privati biex jirċievu kura u jsiru xi operazzjonijiet dan b’mod li tixxekkel ħidmet il-Gvern li jindirizza waiting lists u joffri servizz mediku lin-nies.
Skont Martin Balzan tal-MAM, dawn id-direttivi qed jordnahom għax ma kienx ikkonsultat wara li l-Ministru għas-Saħħa ħabbar l-outsourcing ta’ servizzi mediċi għal pazjenti fi ftehim bejn il-Gvern u tliet sptarijiet privati.
Xi ħaġa li ONE News hu infurmat li mhuwiex minnu u hemm iċ-ċaħda totali u kategorika tal-Ministeru għas-Saħħa li spjega kif fil-fatt kien hemm diskussjonijiet u stqarrijiet pubbliċi li ilhom sejrin fejn il-Gvern qed iħares lejn sħubija mal-privat biex jindirizza l-listi ta’ stennija.
Il-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela fisser li trid tkun bla qalb li tuża piki personali biex tħalli l-pazjenti u l-marid ibati.
“Dawn id-direttivi juru nuqqas ta’ empatija mal-marid qabel xejn. Li numru żgħir fil-Kunsill tal-MAM joħroġ b’dan id-direttivi huwa allarmanti għaliex l-inizjattiva li ħa l-Gvern huwa sabiex il-pazjent jinqeda aħjar.”
Mal-mikrofonu ta’ ONE NEWS, il-Ministru għas-Saħħa kompla anke jikxef qerq mill-istqarrija tal-MAM.
“Fl-istqarrija tagħhom huma qalu li s-sena l-oħra ltqajt magħhom darba biss. Affarijiet li ma jitwemmnux. Mill-inqas iltqajna tmien darbiet mal-MAM u iddiskutejna diversi inizjattivi ġodda.”
Il-MAM tordna direttivi biex pazjenti ma jirċevux kura fi sptarijiet u trid iżżomm listi ta’ stennija. Il-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela kompa anke jikxef qerq mill-istqarrija tal-MAM.Aqra Aktar 👉 https://one.com.mt/il-mam-tordna-direttivi-biex-pazjenti-ma-jircevux-kura-fi-sptarijiet-trid-izzomm-listi-ta-stennija/
Posted by ONE.com.mt on Saturday, January 11, 2025