Il-programm QRIBNA se jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Jannar u se jkun qed jixxandar ta’ kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa, wara l-programm Bil-Fatti, ftit qabel il-bulettin ta’ ONE News.
Il-programm QRIBNA dejjem kien sinonimu ma’ dak li għandek tkun taf, fi ftit minuti u jibqa’ dak il-programm fil-qosor li jitkellem fuq kollox.
Minn nhar it-Tnejn li ġej, QRIBNA jirritorna b’dehra ġdida iżda jibqa’ bil-kunċett oriġinali; li fi ftit minuti jwassal informazzjoni dwar dak li jkun ghaddej, b’temi kurrenti kif ukoll b’doża politika jżommok aġġornat kuljum.
QRIBNA f’din l-iskeda se jkun fdat f’idejn il-preżentatur Wayne Sammut u l-ġurnalist Nolan Camilleri. L-għan ta’ dan il-programm huwa wieħed: li int tiżen l-informazzjoni mgħotija lilek, filwaqt li tifforma l-opinjoni tiegħek.
QRIBNA jixxandar għall-ħin tas-7:15pm u jerġa’ jintwera f’11:50pm kif ukoll l-għada filgħodu fit-7:50am