Il-fergħat tal-Bank f’Ħal Luqa u Buġibba li għadhom kif ġew rinovati, issa għandhom disinn kontemporanju, inkluż skema ta’ kuluri ġdida, konformi mal-aħħar standards li qed jintużaw fil-fergħat li diġà għaddew mill-eżerċizzju ta’ rinnovar. Bil-għan li l-klijenti jinqdew bl-aħjar mod, iż-żewġ fergħat issa jinkludu żoni ddedikati għall-privatezza, li jipprovdu ambjent komdu u sigur għal diskussjonijiet kunfidenzjali. Dawn l-ispazji jirriflettu l-impenn tal-Bank li jiżgura l-ogħla livelli ta’ diskrezzjoni u kura tal-klijent. Fil-fergħa ta’ Buġibba, ġiet introdotta wkoll sistema ġdida biex torganizza s-servizz meta jkun hemm kju. Din is-sistema ġiet imfassla biex tissimplifika l-għoti tas-servizz, tnaqqas il-ħinijiet ta’ stennija, u ttejjeb il-vjaġġ olistiku tal-klijent.
Matul il-perjodu ta’ rinovar, il-Bank ta prijorità sħiħa biex jibqa’ joffri servizz f’dawn il-lokalitajiet. L-ATMs fuq barra tal-fergħat baqgħu joperaw b’mod normali, u l-fergħat fil-qrib kienu aċċessibbli biex jassistu lill-klijenti ta’ dawn il-lokalitajiet ukoll, b’hekk inaqqsu l-inkonvenjent ikkawżat mill-għeluq ta’ dawn il-fergħat.
Il-klijenti huma mħeġġa jieħdu vantaġġ mis-sistema ta’ prenotazzjoni onlajn għal esperjenza aktar komda u bla xkiel. Billi jiffissaw appuntament minn qabel, il-klijenti jistgħu jnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija tagħhom u jiżguraw servizz f’waqtu mill-fergħa preferuta tagħhom. Kemm il-fergħa ta’ Buġibba kif ukoll dik ta’ Ħal Luqa huma disponibbli bħala għażliet f’din is-sistema. Dan jagħmilha aktar faċli minn qatt qabel li wieħed jippjana żjara fil-fergħa tal-Bank tiegħu.