L-għaqda studenteska Pulse ħabbret kampanja ġdida bl-isem ta’ ‘Progress’ biex tissokta fir-rwol tagħha biex tgħin lill-istudent u tkunu dejjem ta’ leħen siewi.
Fi stqarrija, l-għaqda qalet li l-għan ewlieni ta’ din il-kampanja hu li titkellem fuq diversi temi, filwaqt li bħal dejjem tagħti l-pjattaforma liż-żgħażagħ biex isemmgħu leħinhom u li l-messaġġ tagħhom jasal għal kull min hu kkonċernat b’mod konkret.
“Bħala għaqda nemmnu li faċli tikkritika mingħajr ma toffri soluzzjoni konkreta, iżda kemm hu sabiħ li mhux tikkritka biss imma li tkun innovattiv u toħloq soluzzjonijiet. F’kelma waħda, li ma nkunux passivi, iżda proattivi,” qalet il-Pulse fi stqarrija, li kompliet li, permezz tal-kampanja l-ġdida, il-karba tal-istudenti minn kwalunkwe istituzzjoni edukattiva se tiġi indirizzata.