“L-aħħar” ritratt tal-Pulizija, Keith Palmer, li nqatel waqt l-attakk terroristiku f’Westminster ftit tal-jiem ilu issa ħareġ fil-beraħ.
Ir-ritratt ittieħed minn turista Amerikana bl-isem ta’ Staci Martin wara li ppożat mal-Pulizija 45 minuta qabel ma qala’ daqqa ta’ sikkina mill-aggressur Khalid Masood barra l-Parlament f’Londra.
Bosta persuni oħra li ltaqgħu mal-Pulizija waqt żjarat fil-kapital ħallew messaġġi bħala tifkira għal memorja ta’ Palmer, fejn sejħulu bħala “raġel qalbieni.”
Ftit wara li tħabbret il-mewt tal-uffiċjal, persuni ħolqu paġna ta’ ġbir ta’ flus, JustGiving, fejn s’issa ġabru aktar minn £500,000.
Il-Pulizija ta’ Londra qalet li bħala turija ta’ rispett, in-numru li kien assenjat għal- Keith Palmer, se jkun qed jiġi rtirat u mhux se jkun qed jiġi wżat fil-futur minn Pulizija oħrajn.