Għat tieni sena konsekuttiva SportMalta se torganizza konferenza mifruxa fuq jumejn bit-titlu ‘Niċċelebraw l-iSport f’Malta’. Din l-attivita’ se titella’ nhar il-Ġimgħa 10 u s-Sibt 11 ta’ Jannar fil-Lukanda Excelsior, Floriana.
Matul dan l-avveniment ta’ jumejn, se jiġu diskussi temi importanti li għandhom l-għan li jtejbu r-rwol tal-isport u l-attività fiżika fil-ħajja ta’ kuljum fostom ‘Safe Europe: Learning to Swim and Prevent Drowning Program’ – Inizjattiva kollaborattiva biex tippromwovi t-tagħlim tal-għawm u s-sigurtà fl-ilma.
‘Promoting Physical Activity in the Retirement Process’ – Inċentiv biex in-nies jadottaw stil ta’ ħajja attiv waqt it-tranżizzjoni għall-irtirar.
Kif ukoll ‘Health-Enhancing Physical Activity and National Fitness Surveillance Programme’ – Sorveljanza u promozzjoni tal-fitness u s-saħħa.
Mistiedna Speċjali li se jkunu preżenti huma António Silva (President ta’ European Aquatics), Profs Gregor Starc (Kap ta’ SLOfit u espert fil-monitoraġġ tal-fitness u s-saħħa) u Aurelien Favre (Kap Eżekuttiv tal-European Observatoire du Sport).