“Se nassiguraw li f’Malta jiġu ħaddiema minn pajjiżi terzi, li verament hemm bżonnhom.”
Dan intqal mill-Ministru responsabbli mix-Xogħol Byron Camilleri, waqt il-bullettin tal-aħbarijiet tas-sebgħa u nofs ta’ ONE.
Huwa kien qed jitkellem ftit sigħat wara li f’konferenza tal-aħbarijiet, hu flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela ppreżentaw id-dokument Malta Labour Migration Policy. B’dan id-dokument jinsab għall-konsultazzjoni pubblika.
Intqal li dak li qed jipproponi l-Gvern hija bidla importanti, bl-għan aħħari huwa li l-awtoritajiet ikollhom kontroll, waqt li jitwaqqaf l-abbuż.
Segwi l-intervista kollha mal-Ministru Byron Camilleri hawn isfel:
AQRA AKTAR: