Il-Prim Ministru Robert Abela rreaġixxa dwar il-gidba ta’ Jason Azzopardi dwar is-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol, meta mistoqsi minn ONE News fil-Berġa ta’ Kastilja, fejn qal kif dan l-iżvilupp fil-Qorti hu ferm inkwetanti, b’Jason Azzopardi jagħti ċertifikat lilu nnifsu bħala giddieb.
“Il-mod dettaljat li, bih, jagħti ċertifikat lilu nnifsu li hu giddieb, Jason Azzopardi jirrifletti ħafna wkoll fuq in-numru ta’ inkjesti maġisterjali li Jason Azzopardi għamel riċentement b’mod selettiv fuq membri tal-Kabinett. Il-mod kif illum għamel dik id-dikjarazzjoni fl-atti tal-libell ċivili u l-mod kif qisu xejn mhu xejn, li ma jimpurtax li tgħaddi bniedem minn dawk l-allegazzjonijiet serjissimi, imbagħad, mal-mument meta dak jiqaflek, tirtira kollox lura, naħseb li hi sitwazzjoni li mhux aċċettabbli f’dan il-pajjiż.”
Il-Prim Ministru Robert AbelaREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prim Ministru għamel aċċenn dwar ir-riforma li għandha ssir biex dawn l-abbużi jinqatgħu.
“U għalhekk li rridu nagħmlu dawk ir-riformi kollha meħtieġa biex niżguraw li l-proċess ġudizzjarju u l-għodod ta’ investigazzjoni jintużaw biss u unikament għar-retta amministrazzjoni tal-ġustizzja u mhux bħala retribuzzjoni politika u għalhekk ir-rimedji se jkunu jikkonsistu fir-riformi li se jkunu qed isiru.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
AQRA WKOLL: