Id-Deputat Nazzjonalista u ħu l-President Onorarju tal-għaqda Repubblika, Karol Aquilina, qal li m’għandux informazzjoni meta mistoqsi dwar ir-raġuni għaliex il-Partit tiegħu ma ssottometta l-ebda kontijiet finanzjarji ta’ sena sħiħa għand il-Kummissjoni Elettorali, skont il-liġi, mindu Bernard Grech laħaq Kap.
ĠURNALIST: “Kif tista’ tara hawnhekk it-Times innotat li, kemm ilu Kap Bernard Grech, il-Partit ma ssottometta lanqas ta’ sena waħda l-kontijiet finanzjarji tiegħu għand il-Kummissjoni Elettorali. Ta’ min hu t-tort ta’ Bernard Grech jew tal-awditur?”
REKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLIKAROL AQUILINA: “M’għandix informazzjoni dwar hekk, grazzi.”
Karol Aquilina, li llum hu ċar li ħataf il-Partit Nazzjonalista f’idejh u qed jordna lil Bernard Grech x’għandu jagħmel, imbarazza mhux ftit lill-Kap innifsu flok iddefendih b’tali dikjarazzjoni.
Dan il-ksur sfaċċat tal-liġi issa ilu għal dawn l-aħħar snin jiġi nnotat mhux biss minn dan l-istazzjon, iżda wkoll mill-midja indipendenti ta’ pajjiżna, fejn saħanistra f’bidu ta’ sena ġdida, it-Times ħarġet artiklu tgħid kif il-Partit Nazzjonalista naqas milli jagħmel dan l-obbligu għas-snin 2021, 2022 u 2023, jiġifieri minn mindu Bernard Grech tpoġġa bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Dan anke b’kuntrast għall-partiti l-oħrajn kollha, inklużi dawk żgħar, li wettqu dmirhom u ssottomettew il-kontijiet u r-rapporti tad-donazzjonijiet tagħhom.
It-Times tgħid kif il-Partit Nazzjonalista kompla bir-retorika tas-soltu u waħħal fl-awditur.
“Ikun hemm kultant kumplikazzjonijiet, ħafna drabi jkunu ħmerija, ikollok bżonn awditur u ma ssibx awditur mill-ewwel u allura ċerti commitments ma tagħmilhomx fil-ħin.”
Bernard Grech, Kap tal-PN
Mill-ġdid mistoqsi minn ONE News, dwar il-fatt li tal-Partit Nazzjonalista jitkellmu ferm fuq il-governanza u huwa l-partit nnifsu li qed jikser il-liġi mhux għal darba biss, Karol Aquilina ħarab u injora l-misotqsija u qal li lanqas għandu informazzjoni.
ĠURNALIST: “Qed tgħidha t-Times dalgħodu”.
KAROL AQUILINA: “M’għandix informazzjoni.”
ĠURNALIST: “Partit li titkellmu daqshekk dwar governanza u jiġifieri qed tgħid li intom partit tad-double standards”.
KAROL AQUILINA: “M’għandix informazzjoni”.