Minn din il-ġimgħa, il-programm popolari u mill-aktar interessanti ta’ Clare Agius THE LOCAL TRAVELLER se jibda jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fid-8:45pm. B’ġurnata u ħin ġdid Clare se tibqa’ ddur u żżur il-ġmiel li joffri pajjiżna. Din il-ġimgħa se teħodna s’Għawdex u żgur li ser tiftaħ l-aptit lis-segwaċi ta’ dan il-programm.
“Inħoss li kultant nissottovalutaw il-gastronomija tradizzjonali tagħna li gejjha mill-prodotti tagħna stess li matul iż-żmien, missirijietna sajjru b’tant imħabba iżda b’xorti tajba numru kbir ta’ individwi passjonati qed jerġgħu jqajmuha b’mod innovativ ukoll, tant li saret attrazzjoni kbira għat-turisti.”
CLARE AGIUSREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Matul l-episodju ta’ din il-ġimgħa , Clare tiltaqa’ ma’ Leanne minn Taste of Gozo. Leanne ġiet tgħix f’Għawdex mill-Awstralja. Clare żaret lil nies oħra fosthom Mark minn San Blas Groves u Anna Maria u Gianni Vella minn Tal-Furnar Restaurant u dduq ftit affarijiet, uħud li ilhom is-snin u oħrajn huma kreazzjonijiet ġodda mill-prodotti li jikbru fil-widien!
THE LOCAL TRAVELLER, il-Ħamis 9 ta’ Jannar fid-8:45pm fuq ONE, b’repetizzjoni il-Ġimgħa fil-11am, is-Sibt f’12:10pm u l-Ħadd fis-7:30am.