Los Angeles fl-Istati Uniti tal-Amerka ddikjara stat ta’ emerġenza hekk kif nar qawwi ħakem liż-żona u qed jinfirex b’mod allarmanti.
Fil-fatt id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sostna li bħalissa aktar minn tletin elf persuna jinsabu taħt ordni ta’ evakwazzjoni u tlettax-il elf binja tinsab fil-periklu li ċċeddi.
Filmati li qed iduru fuq il-midja soċjali juru nies jaħarbu minn djarhom u l-karozzi biex jevitaw in-nirien.
Dawn in-nirien ħakmu lill-istat ta’ Kalifornja t-Tlieta filgħaxija u f’temp ta’ ftit sigħat in–nar infiriex b’mod drastiku minħabba riħ qawwi u kundizzjonijiet tat-temp estremi.
Bħalissa aktar minn 250 pumpier qed jippruvaw jiġġieldu n-nirien.