Is-servizzi kollha tal-Gvern issa se jkunu f’app waħda bl-isem ta’ Maltapps, dan biex b’hekk issa tkun tista’ taċċessa madwar 20 app tal-Gvern f’post wieħed.
Dan tħabbar waqt tnedija, fejn fl-istess waqt tnieda wkoll is-sit servizz gov.com.mt. Sit li fih wieħed jista’ jaċċessa aktar minn 800 servizz minn sit wieħed.
Dawn id dettalji inghataw mill-Kap tas-Servizz Ċivili, Mario Cutajar, fejn ta rendikont tan-numru t’avvanzi li saru fis-servizz taċ-ċivil.
Fid-diskors tiegħu Cutajar qal li l-Gvern wettaq dak li wiegħed f’dan ir-rigward biex titnaqqas il-burokrazija u tiżdied l-effiċjenza.