Hekk kif bdiet sena importanti għal Emotive Media, il-produtturi tal-produzzjoni 𝐕𝐮𝐥𝐜𝐚𝐧𝐗𝐌𝟔𝟒𝟓, ixxandar l-ewwel filmat uffiċjali ta’ dan il-proġett li se jixxandar fuq ONE aktar tard matul din is-sena, fl-okkazzjoni tal-50 sena mit-traġedja tat-tiġrif tal-ajruplan f’Ħaż-Żabbar
F’dan il-filmat, il-produtturi qed jagħtu ħjiel żgħir ta’ dak li se naraw f’din il-produzzjoni. Fost l-oħrajn naraw lil Connie Dimech, eks għalliema, lil Joe Ciliberti, fotografu tal-avjazzjoni u lill-eks pulizija Eddie Attard jirrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom.
Aktar informazzjoni, ritratti u tagħrif qed jingħataw fuq il-paġna uffiċjali ta’ dan il-proġett televiżiv VULCAN XM645 https://www.facebook.com/profile.php?id=61567154516998
Segwi hawn l-ewwel filmat: