Fl-2024, il-Gvern inawgura kważi 60,000 metru kwadru ta’ spazji ġew miftuħa ġodda jew riġenerati f’din is-sena.
B’dawk ewlenin li ġew inawgurati huma Ġnien Spencer fil-Marsa, Wied Inċita f’Ħ’Attard, Ġnien tal-Glażiż fil-Birgu u ż-Żona għall-Kunċert fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Dan l-ammont jiżdied mal-investiment bla preċedent li sar f’dan is-settur fl-aħħar sentejn. Dan hekk kif b’kollox ġew miftuħa 150,000 metru kwadru ta’ spazji miftuħa. F’dawn l-aħħar sentejn saru ħamsa u tletin proġett, fi tlieta u għoxrin lokalità madwar pajjiżna.
Fil-baġit għall-elfejn ħamsa u għoxrin, bit-tema pajjiż Kwalità ta’ Pajjiż, tħabbar li se jsiru dsatax-il proġett ta’ spazji miftuħa li mistennija jitlestew.
Bil-Gvern għaddej b’ħidma biex f’kull komunità jkun hemm spazju miftuħ aċċessibbli għal kull resident f’inqas minn għaxar minuti bogħod mid-dar tiegħu jew tagħha.
Dan filwaqt li fis-sena 2024 rat sensiela ta’ proġetti ambjentali li wasslu għat-tħawwil ta’ eluf ta’ siġar madwar pajjiżna.
Dan bħala parti minn diversi proġetti u inizjattivi kkordinati mill-entitajiet taħt il-gwida tal-Ministeru għall-Ambjent. Ma’ dawn tħawlu wkoll aktar minn 25,000 arbuxell minn diversi entitajiet tal-Gvern.