L-elfejn erbgħa u għoxrin kienet sena mimlija ħidma bla waqfien min-naħa tal-Gvern. Din il-ħidma rriżultat f’kisbiet pożittivi f’oqsma diversi minn dik tal-ekonomija, l-edukazzjoni u s-soċjal.
F’din is-sena, Malta kellha tkabbir ekonomiku akbar mill-medja storika, waqt li l-ekonomiji Ewropej huma staġnati. Fl-aħħar sentejn, l-ekonomija lokali kibret bi 13%, għaxar darbiet iżjed mill-medja Ewropea.
L-inflazzjoni naqset ukoll għal madwar 2.5%. Dan grazzi għall-iskema Stabbilità u l-istabbilità fil-prezzijiet tal-enerġija.
Kien hemm żieda rekord fid-dħul tal-Gvern billi ssaru riformi biex ġiet indirizzata aktar l-evażjoni tat-taxxa. Bid-dħul tal-Gern qabeż is-seba’ biljun ewro.
Fl-elfejn erbgħa u għoxrin (2024), il-Gvern investa wkoll fis-settur edukattiv. Dan hekk kif ġie ffirmat l-aqwa ftehim kollettiv għall-edukaturi kollha, b’titjib fis-salarji u l-kundizzjonijiet tal-edukaturi. Dan filwaqt li ġew inawgurati l-iskejjel ġodda fl-Imsida u r-Rabat, Għawdex.
Fil-qasam soċjali, kien hemm żidiet qawwija fil-pensjoni u fl-elfejn ħamsa u għoxrin (2025), il-pensjonanti se jkollhom l-għaxar żieda konsekuttiva. Dan flimkien ma’ żieda b’saħħitha ta’ mitejn u ħamsin ewro fiċ-Children’s Allowance u fil-qasam tal-akkomodazzjoni, sar fost oħrajn l-akbar proġett dak tal-Imsida. Bin-nefqa soċjali se tkun laħqet għall-ewwel darba fl-istorja, il-biljun u nofs ewro.
Fil-qasam tas-saħħa wkoll kien hemm diversi avvanzi. Iktar investimenti fl-apparat mediku, fosthom fir-radjoloġija bħall-MRI f’Għawdex u investiment ta’ sitt miljun ewro għall-koppji biex ikollhom servizz tal-IVF.
Fil-qasam tax-xogħol, il-Gvern iffirma l-akbar ftehim kollettiv għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku. Iddaħlet fi s-seħħ il-liġi li tirregola t-temping agencies u dik tal-iskills pass. Daħlu fl-istat finali x-xogħlijiet fil-Labour Migration Policy u mill-ewwel tas-sena jibda jaħdem il-prinċipju tal-‘Equal Pay for Work of Equal Value’.
Fl-2024 irnexxilna nilħqu t-tliet miljun turist, hekk kif sar reklamar iffokat lejn turiżmu ta’ kwalità. F’din is-sena, il-ferries bejn il-Belt Valletta, tas-Sliema u l-Kottonera sar b’xejn.
Kienet sena wkoll ta’ riformi. Tnieda l-helpline ġdid 138, dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dan filwaqt tnediet ir-riforma dwar il-Qorti tal-Familja u t-twaqqif mill-ġdid tal-Qorti Kummerċjali.