Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, żaret lill-ħaddiema li bħalissa jinsabu għaddejjin bl-aħħar preparamenti għall-avveniment tas-sena l-ġdida fil-Kottonera, proprju bejn Bormla u l-Birgu. Flimkien magħha kien hemm ic-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Joe Mizzi.
Hawn ingħad li dan l-avveniment qed ikompli jgħolli l-kwalità ta’ divertiment li saret toffri llum il-ġurnata l-Kottonera u rringrazzjat lill-ħaddiema kollha li qed jaħdmu biex jagħtu spettaklu mill-aqwa lil dawk kollha li se jagħżlu li jilqgħu s-sena l-ġdida fil-post.
Min-naħa tiegħu, Joe Mizzi fakkar li dan l-avveniment se jkun bla ħlas għall-familja kollha.
Għall-aktar informazzjoni, wieħed jista jżur is-sit uffiċjali tal-Fondazzjoni Kottonera