F’kitba fuq it-Times, fi żmien ta’ festi, ħaten Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar infexx f’attakk ieħor fuq il-Prim Ministru Robert Abela.
Fl-istess artiklu, Cassar semma lill-eks ditattur Sirjan Bashar al-Assad, lill-Prim Ministru Malti Robert Abela u lil Daphne Caruana Galizia.
Dwar din tal-aħħar, Cassar qal li f’Malta hawn il-libertà maħnuqa. Dan meta f’pajjiżna kien l-ewwel stat membru tal-Unjoni Ewropea li ttrasponda d-direttiva anti-Slapp.
Fl-istess artiklu semma r-reġim ta’ Bashar al-Assad, reġim deskritt bħala wieħed awtoritarju, li kien allegatament jittortura u joqtol lil dawk li kienu jikkritikaw u jitfahom il-ħabs.
B’dawn il-fatti xokkanti ħarġu wara li waqa’ dan ir-reġim, fil-bidu ta’ dan ix-xahar.
F’dan l-artiklu, Kevin Cassar qal li l-azzjonijiet tal-Prim Ministru Robert Abela huma kollha ta’ disprament.
L-eks kandidat Nazzjonalista, li ma nġabarx fl-elezzjoni tal-2017, taħt Simon Busuttil, mhux l-ewwel darba attakka lill-Prim Ministru u lil dawk li jappartjenu mal-Partit Laburista. Bħal meta qal li l-partitarji Laburisti huma l-inqas edukati fil-pajjiż.
Ftit tal-ġimgħat ilu, ħaten l-eks Viċi Kap Nazzjonalista Fenech Adami qabbel lill-Prim Ministru Robert Abela mal-mexxej tal-Unjoni Sovjetika Joseph Stalin.