Tard is-Sibt filgħaxija tkebbsu nirien fil-fergħa tal-Bank of Valletta ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew b’ħidma delikata biex jintfew in-nirien, li kien għadu mhux magħruf x’ikkawżahom.
Jirriżulta li n-nirien kienu jinsabu fuq il-parti ta’ ġewwa tal-fergħa tal-bank, fejn il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabuha diffiċli biex jaħdmu minħabba li l-viżibilità kienet baxxa ħafna. Minkejja dan, il-fjammi ġew ikkontrollati.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li l-operazzjoni tat-tifi tan-nar kienet waħda delikata, waqt li bdew l-investigazzjonijiet biex tinstab il-kawża.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/28224240/WhatsApp-Image-2024-12-28-at-22.36.33-1024x768.jpeg)