Daniel Mackinovski ta’ 25 sena u Bojan Veljanoski ta’ 24 sena mill-Maċedonja, flimkien ma’ Ivan Georgiev Ivanov ta’ 19-il sena mill-Bulgarija nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti, hekk kif ġew akkużati b’allegat importazzjoni tad-droga.
L-Ispettur Jonathan Pace spjega li nhar il-Ġimgħa, ġie infurmat mill-FedEx b’pakkett lil ċertu persuna, b’indirizz falz inkluż l-isem tat-triq u n-numru tal-binja. Flimkien mal-pakkett, kien hemm numru tal-mobile.
Il-Pulizija ċemplu dan in-numru u t-telefonata nqabdet minn raġel li tkellem bl-Ingliż. Dan ir-raġel ikkoreġa bl-iżball fl-indirizz u qal li bħalissa jinsab ix-xogħol, u se jibgħat lil ħuh. Ma’ din l-informazzjoni, il-Pulizija marru fit-triq il-korretta, bl-indirizz Triq il-Munxar, Wied il-Għajn. Appena pparkjaw, karozza bajda żgħira għamlet u-turn, u telgħet u niżlet it-triq għal madwar ħames darbiet. Fil-vettura, kien hemm żewġ mit-tliet allegati imputati.
L-Ispettur elenka kif sadanittant qed iseħħ dan kollu, Mackinovski kien fil-gallarija. Meta dan waslitlu l-aħbar li l-pakkett kien wasal, hu niżel, iffirma, u mingħajr ma’ ħa l-pakkett qallu li se jerġa’ jiġi lura daqt. Intant, dan ħarab jiġri, bil-Pulizija jaqbduh tliet minuti wara, wara li tfixkel f’siequ. Sadanittant, il-karozza ġiet interċettata wkoll kantuniera bogħod mit-triq li kienu tilgħin u neżlin fiha.
Il-pakkett kien fih żewġ kilogrammi droga suspettata kannabis b’valur li jaqbeż il-€15,000.
Wara tfittxija fl-appartament, il-Pulizija ma sabet xejn b’rabta ma’ droga. Intant, wara tfittxija fil-karozza, li kienet qed tinstaq minn Veljanoski u passiġġier kellu lil Ivanov, il-Pulizija sabu pjanta tal-kannabis, flus kontanti, u numru ta’ ċellulari, inkluż dak li beda jintuża biex jikkomunika ma’ tal-FedEx.
Il-Pulizija talbu għad-dettalji ta’ Veljanoski u Ivanov, fejn dan tal-aħħar, elenka li kellu biss 20 gramma kannabis għall-użu personali tagħha. Meta appena marru fil-binja, li hu joqgħod fiha m’ommu, hu indika li kellu 200 gramma kannabis grass, u f’basket iswed, indikalu li kellu borża vaccum tal-kannabis buds, żewġ imwieżen bit-traċċi tal-kannabis, foil, u satchets oħra, b’waħda b’suspettat trab abjad kokaina.
It-tliet imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. Il-Qorti ma tatx il-ħelsien mill-arrest tagħhom.