Ilbieraħ, għall-ħabta tas-seba’ ta’ fil-għaxija (1904hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħhom ġewwa l-inħawi ta’ Ħal Far.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li raġel ta’ 23 sena, residenti Haż Żabbar, ġie magħfus ma’ ħajt minn van Bedford .
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.