Wara x-xandira tal-Istrina, il-programmi u xandiriet speċjali fuq ONE ikomplu f’dawn iż-żminijiet ta’ festi. Is-Sibt 28 ta’ Diċembru fid-8:45pm LET THERE BE MUSIC kunċert b’siltiet orkestrali u vokali taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Simon Ellul, flimkien mas-solisti Aldo Busuttil, Lara Azzopardi, Maria Zahra Brincat u Matthew Tonna; organizzat mill-Kunsill Lokali Fgura.
Il-Ħadd, 29 ta’ Diċembru, fit-3:35pm ĠUBLEW 150, kunċert strumentali u vokali f’għeluq il-150 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq, filwaqt li fid-8:45pm fuq talba popolari, ser tixxandar is-serata f’ġieħ il-poeta u l-awtur Ray Mahoney L-GĦANJA LI ĦADD MA JSIKKET
It-Tnejn 30 ta’ Diċembru, fid-8:45pm il-film lokali KLASSI GĦALINA MISSION TO MOSCOW, filwaqt li fl-aħħar jum tas-sena 2024, it-Tlieta fil-5pm JOE COCKER – FIRE IT UP, Tribute live concert minn William Mangion Mascoli u Linda Veiksa. Fid-8:45pm, MELODRAMA – Ozzy Lino in Concert, sakemm għall-10:15pm ONE jingħaqad b’mod dirett mal-Belt Kapitali għaċ-ĊELEBRAZZJONIJIET NAZZJONALI li jagħtu merħba lis-sena l-ġdida.
Fl-ewwel jum tas-sena, fid-9am, il-Kunċert mill-banda Peace tan-Naxxar UNA NOTTE ITALIANA, filwaqt li mill-10:45pm ‘il quddiem ONE jingħaqad għall-FESTA TA’ ĠENEROŻITA’ b’risq id-dar tal-Providenza. Fl-1 ta’ Jannar ukoll fit-8:15pm OPERA IN THE CAPITAL bis-sehem tas-soporano Nadine Vella u t-tenuri Alan Sciberras u Cliff Zammit Stevens.