Is-sit internazzjonali Express għażel lil pajjiżna bħala l-post perfett għal dawk li beħsiebhom jsiefru fi Frar li ġej.
L-artiklu, li ġie ppubblikat riċentiment, semma t-temperaturi sħan flimkien mal-ammont kbir ta’ siti storiċi li jinkludi tlett siti rikonoxxuti mill-UNESCO flimkien mal-istorja rikka. B’dan ipoġġi lil pajjiżna bħala l-aħjar post għal vaganza xitwija.
Dan hekk kif it-temperatura medja f’pajjiżna fix-xahar ta’ Frar hi ta’ madwar 16-il grad Celcius.
L-artiklu nnota wkoll li fl-2018, il-belt kapitali ntgħażlet biex tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Fl-aħħar jiem is-sit internazzjonali popolari, CNN ukoll ikklassifika lil pajjiżna mal-aqwa ħmistax-il destinazzjoni madwar id-dinja għall-festi tal-Milied.