Nhar il-Milied immarka mument importanti fil-kampanja ta’ Luca Zarb, SevenxSeven, hekk kif sa issa spiċċa iktar min nofs is-seba maratoni f’din l-isfida straordinarja.
Filwaqt fiżikament qed isofri l-isforz ta’ din l-isfida diffiċli, Luca jibqa’ determinat biex itemmha, immexxi mill-impenn tiegħu li jappoġġja lil Hospice Malta—organizzazzjoni li tipprovdi kura paljattiva u appoġġ lil pazjenti u familji li qed jiffaċċjaw mard serju, inkluż il-kanċer u l-marda motor neurone.
Waqt li kkummenta wara l-aħħar Maratona tiegħu, Luca qal: “Din l-sifda tirrikjedi ammont ta’reżiljenza. Din tippermettili nimbotta lil hinn mill-limiti li qatt ma emmint possibbli. Din is-saħħa interna hija wkoll ir-riżultat tal-appoġġ bla waqfien tal-familja immedjata tiegħi u l-ħbieb li ssieħbu miegħi f’kull pass tal-vjaġġ tiegħi.”
Luca Zarb irringrazzjament lil Hospice Malta, Teamsport, Endure Fitness, u Ebejer Bonnici għall-appoġġ f’din l-inizjattiva.
Kif Tista’ Tappoġġja l-Kampanja SevenxSeven
Donazzjonijiet jistgħu jsiru permezz tal-link hawn taħt:
https://hospicemalta.org/product/support-sevenxseven/
Aġġornamenti regolari jistgħu jiġu rċevuti billi tingħaqad mal-grupp ta’ WhatsApp:
https://chat.whatsapp.com/LmVKa9xcklzEgqFUwm22pM