ONE News tkellem ma’ Alex Vasilevski, li fuq il-pjattaforma ta’ YouTube hu iżjed magħruf bħala ‘Alex in Malta’.
Vasilevski, li joriġina mill-Maċedonja, ilu residenti f’pajjiżna sa mill-2014, iżda għal dawn l-aħħar erba’ snin irnexxielu jattira eluf ta’ segwaċi f’Malta u barra permezz tal-filmati tiegħu biex jirrakkonta l-avventuri tiegħu f’Malta u s-sbuħija li pajjiżna jgawdi.
Li tibdel il-post fejn tgħix, mhi xejn faċli, però Alex jgħid li jieħu gost jikkumbatti sfidi ġodda.
Primarjament hu telaq mill-Maċedonja u reħilha lejn Dubai, iżda wara ddeċieda li jistabbilixxi lilu nnifsu f’pajjiżna għal numru ta’ raġunijiet u fatturi, inkluż il-klima Mediterranja.
Illum jitkellem bħal wieħed li l-pajjiż sar jafu sew.
“The main reason was because of the 300 days of sun that we have here on the island, a beautiful climate, the mild winters so this was the main. Now that I have been living in Malta for 10 years, I can add many many more … the culture, the traditions, the local people, the cuisine, the flexibility of how easy it is to get all around Europe, so the list just goes on.”
ALEX VASILEVSKI
Il-Youtuber, li bil-filmati tiegħu jilħaq kull darba eluf ta’ persuni, jittratta magħna wkoll temi kurrenti li jaffettwaw lil kull wieħed u waħda minna, inkluż it-traffiku.
Kien hawn li għamel paragun ma’ pajjiżi oħrajn, li saħansitra huma aktar teknoloġikament avvanzati.
Hu spjega kif fatti, bħall-qies ġeografiku ta’ pajjiżna, għal ħafna mill-Maltin jista’ jitqies bħala żvantaġġ, iżda hu jikkunsidrah bħala vantaġġ kbir, kemm għall-għaqda fuq livell komunitarju kif ukoll għall-ivvjaġġar.
Kompla li, apparti l-benefiċċji li għandha Malta f’termini ta’ qies, hu jikkunsidra l-pajjiż bħala inklussiv ħafna u li jilqa’ lill-barranin.
“Living in Malta, as you said, there is something very unique about this place. Being so compact, so small, it is very easy to get from point a to point b. I know that for the Maltese people, when you are living here, to drive a bit in traffic for 40 minutes might seem a lot, but when you compare it to other countries, where you need to spend an hour and a half taking trains or buses and parking the car and all of that, that’s quite a lot but for our standard it is really easy.”
“The other thing is of the expat community and how welcoming the Maltese are towards us, foreign people that are coming over.”
ALEX VASILEVSKI
Għal Alex jaffaxxinah kif għal bosta Maltin li, fl-imgħoddi, kellhom jitilqu minn art twelidhom, iżda xorta għad għandhom imħabba kbira lejn il-pajjiż tal-oriġini.
Fil-fatt, qalilna li hu jirċievi ħafna kummenti li jqabblu lil Malta ta’ dahri ma’ dik kif nafuha llum.
L-intervista minn ONE News intemmet b’paragun bejn il-Milied f’pajjiżna u dak tal-Maċedonja, b’Alex jirrimarka li, minkejja li mhemmx differenzi kbar, xorta waħda Malta tirbaħ kemm fuq l-ispirtu festiv u fit-tiżjin.
“I have seen how much we are improving and how much we are upgrading the Christmas lights and everything, the decorations, here on the island. I see that people are just getting more and more happier each Christmas that it comes along the way, and I just love it.”
ALEX VASILEVSKI