Waqt l-inċident tal-bieraħ li seħħ għall-ħabta tat-3.30pm, fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan, żagħżugħ ta’ 25 sena miż-Żejtun weġġa’ gravi wara li l-karozza li kien fiha nqalbet.
Wara li l-Pulizija marru fuq il-post, minn stħarriġ preliminari, irriżulta li l-karozza tal-għamla BMW kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 28 sena wkoll miż-Żejtun, fejn tilef il-kontroll tal-BMW li kien qed isuq u nqaleb.
Il-ġuvni ta’ 25 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, kif ukoll kien assistit mill-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fejn wara ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.