Ftit siegħat qabel ma’ tibda l-quddiesa ta’ nofsillejl, ONE News iltaqa’ maż-żewġ itfal li ser ikunu qed jagħmlu l-priedka tal-Milied, Thomas Schembri u Michela Borg. Huma qalulna kif qed iħossuhom għal dan il-mument li tant ilhom jistennew.
“Il-priedka ta’ nofsillejl…L-ewwel darba, prattikajt ħafna għaliha din u eċitat għaliha. Inħossni naqra nervuż imma naħseb li se nagħmilha tajjeb.”
Thomas SchembriREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
“Il-priedka l-ewwel darba li se nagħmilha u ilni nipprepara għaliha, erbgħa ġimgħat…eċitata u nervuża għax ħa nagħmilha quddiem knisja sħiħa u se nieħu ħafna gost għax l-ewwel darba u din hija opportunità ta’ darba”
Michela Borg
ONE News tkellem ukoll mal-Arċipriet taż-Żurrieq, Fr Daniel Cardona u spjegalna x’inhuma l-aħħar preparamenti qabel il-quddiesa tal-lejla.
“Il-preparamenti huma kbar, jibda is-sagristan jieħu ħsieb u l-helpers jibdew jarmaw l-knisja. Min-naħa tagħna wkoll nibdew nieħdu ħsieb li nagħżlu dawk li se jibdew jippreparaw għal-lejliet, iċ-ċelebrazzjonijiet għal-lejliet il-Milied, infatti nħallu f’idejn is-superjur Ġużi biex jagħżel it-tfal għall-priedka imbagħad illejla jkollna r-reċta tat-tfal mtella’ mill-mużew tal-bniet, tkun reċta sabiħa ħafna, ħafna nies involuti, -il fuq minn 50 tifel u tifla li se jipparteċipaw għal din ir-reċta imbagħad nibdew naħsbu għal quddies ta’ nofsillejl, il-priedka ta’ dawn iż-żewġ itfal. Dejjem naraw li għall-priedka tat-tfal naqsmuha bejn tnejn, għandna żewġ itfal ħelwin, Thomas u Michela li grazzi wkoll għall-ġenituri tagħhom li ħejjuhom għal priedka flimkien mas-superjur Ġużi. Konvint li joħorġu tajjeb, imbagħad nibdew bil-quddiesa ta’ nofsillejl bil-glorja u naqsmu ma’ dawk kollha li jiġu l-ferħ tal-Milied”.
Arċipriet taż-Żurrieq, Daniel Cardona
Thomas u Michela rringrazzjaw lil min għenhom għal din il-priedka.
“Il-papa l-iżjed u naqra n-nanna wkoll”
“Il-ġenituri tiegħi u Ġużi”
Thomas u Michela
Għal dan iż-żmien tal-Milied, il-parroċċa taż-Żurrieq qed itella’ wkoll wirja tal-presepji wħud minnhom uniċi.