Is-Sleeping Beauty, pantomima li qiegħda tittella’ f’Dar Il-Mediterran fil-Belt Valletta sal-31 ta’ Diċembru, fejn imbagħad se ikun hemm xows oħrajn fil-Gżira Għawdxija fl-4 u fil-5 ta’ Jannar.
Din il-pantomima kif proprju anke juri l-isem tagħha, l-istorja hija dwar il-ġrajja ta’ Sleeping Beauty, iżda mdawwra u miżjuda bi ġrajjiet kurrenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna kif ukoll satirika u battuti politiċi.
Tkellimna ma’ Pawlu Testa, li huwa l-organizzatur ta’ din il-pantomima li spjegalna kif wara numru twil ta’ snin din il-pantomima issa biddlet il-post tagħha mil-Istitut Kattoliku fil-Floriana għal Dar Il-Mediterran. Huwa kompla jgħidilna li din il-pantomima fiha kant, żfin, mużika u spettaklu kontinwu, u saħansitra f’xi ħinijiet ser ikun hemm anke ftit mumenti ta’ dieqa.
‘’Aħna għamilna l-almu tagħna kollu jien it-tim tiegħi li nagħmlu xi ħaġa li nagħmluha kull sena bażikament, aħna x’ħin titlesta l-pantomima nieħdu pjaċir b’li għamilna però nibdew mil-ġdid, ma tridx tistrieħ fuq is-suċċessi ta’ qabel għax tieqaf
L-Organiżżatur, Pawlu Testa