Is-Sibt 28 ta’ Diċembru fis-2.00p.m. fil-Gozo Stadium ser tintlagħab logħba speċjali bejn iċ-Champions ta’ Malta Hamrun Spartans u ċ-Champions ta’ Għawdex Nadur Youngsters.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Gozo Stadium il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri faħħar din l-inizjattiva li mistennija tiġbed lejn Għawdex ammont ta’ nies li jħobbu l-loghba tal-football. Il-Ministru Camilleri qal li l-Ministeru għal Għawdex jagħti l-appoġġ lil dawn l-inzjattivi sportivi għaliex dawn ikomplu joffru spettaklu sportiv f’Għawdex stess.
Fl-isess konferenza tkellem ukoll Dr Samuel Azzopardi – President tal-Gozo Football Association, li filwaqt li rringrazzja lil Clubs ta’ Nadur u Ħamrun għal din l-inizjattiva qal li l-Assoċjazzjoni tal-Football f’Għawdex timbotta ’l quddiem dawn l-okkażjonijiet ghaliex jkomplu jkabbru l-logħba tal-football fil-gżira Għawdxija.
Tkellmu wkoll Dr Chris Said, President ta’ Nadur Youngsters u Marcel Bonnici , CEO ta’ Ħamrun Spartans. Huma appellaw lill-pubbliku sportiv biex jattendi għal din il-logħba fil-Gozo Stadium.