Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, iddeċidiet li Mark Anthony Barbara mhux ħati tal-akkużi li kkorrompa żewġt itfal tas-sieħba tiegħu bejn l-2021 u l-2022.
L-akkużat kien mixli li espona lill-minuri għal materjal pornografiku u wettaq atti ta’ intimita fiżika. It-tfal kienu xehdu li l-akkużat kien iqajjimhom bil-lejl, juri filmati pornografiċi, u joqgħod jittawwal. Madankollu, ix-xhieda tagħhom tqajmet fid-dubju, hekk kif il-Qorti osservat li l-allegazzjonijiet setgħu kienu influwenzati minn tensjonijiet familjari u mir-ribelljoni kontra d-dixxiplina imposta minn ommhom u l-akkużat.