F’dawn iż-żminijiet ta’ festi l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż taw l-awguri lil xulxin.
Fil-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta, l‑Arċisqof Charles Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi laqgħu lill‑awtoritajiet tal‑Istat u lill‑korpi kostitwiti għall‑bdil tal‑awguri tal‑Milied u l‑bidu tas‑Sena l‑Ġdida.
Il-President tar-Repubblika s-Sinjura Miriam Spiteri Debono flimkien mar-raġel tagħha, Dr. Anthony Spiteri Debono laqgħu, fost l-oħrajn, lill-Prim Ministru Robert Abela u lil martu Lydia Abela.
Minbarra hekk żaru lill-President ukoll l-Arċisqof Charles Scicluna, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u martu Annemarie Grech, fost oħrajn.
Aktar tard imbagħad, il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela kienu fil-Berġa ta’ Kastilja biex jagħtu l-awguri tagħhom wkoll lill-pubbliku inġenerali.
Minn tfal, għal adulti u anzjani, bosta kienu ħerqana jiltaqgħu mal-Prim Ministru u martu għal din l-okkażjoni sabiħa, fl-isfond tas-swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi. Minbarra hekk, min xtaq, seta’ jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi.