Fi stqarrija, Jobsplus ħabbret li reġgħu nfetħu l-applikazzjonijiet għall-iskema ta’ benefiċċju tal-‘In-Work Benefit’ li tikkonċerna impjegati li jaħdmu f’ħinijiet tax-xogħol atipiċi.
Il-kriterji ta’ eliġibilità għall-Iskema huma li l-impjegati jrid ikunu ħadmu matul sigħat atipiċi, li jinkludu tmiem il-ġimgħa, iljieli, jew xift, l-impjegati kienu f’xogħol mal-privat u jridu jkunu ħadmu għal mill-inqas sitt xhur fl-2023, id-dħul Annwali tagħhom ma jridx ikun qabeż €25,000, li l-impjieg fejn inħadmu s-sigħat atipiċi kien l-impjieg primarju tal-impjegat, l-impjegati għandhom ikunu residenti Malta matul is-sena li fiha jinħareġ il-pagament u fl-aħħar nett li l-impjieg kien fis-setturi tal-akkomodazzjoni u servizzi ta’ ikel, servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ, manifattura, trasport u ħażna u negozju bl-ingrossa u bl-imnut