Hekk kif iż-żmien tal-btajjel jinsab fl-aqwa tiegħu, anke f’dan iż-żmien festiv, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jinsab lest biex jilqa’ mijiet ta’ eluf ta’ passiġġieri li f’dawn il-jiem se jidħlu jew joħorġu mill-pajjiż, kemm jekk hux qed jirritornaw lejn djarhom jew inkella jerħulha għal xi ftit ġranet ta’ mistrieħ.
Stqarrija mill-istess Ajruport qalet li, bejn illum is-Sibt, 21 ta’ Diċembru, u t-Tlieta, 31 ta’ Diċembru, madwar 229,000 passiġġier mistennija jgħaddu mill-mitjar Malti, bl-aktar jiem impenjattivi aktarx li jkunu s-27, it-28 u d-29 ta’ Diċembru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Biex ukoll jassigura esperjenza u laqgħa mill-isbaħ għall-passiġġieri u l-viżitaturi kollha, it-tim tal-Ajruport ippjana diversi attivitajiet immirati għall-familja kollha.