It-team nazzjoanli malti tal-waterpolo tal-irġiel il-Ġimgħa filgħaxija tilef il-logħba tiegħu mill-kwartifinali tat-Tieni Diviżjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Olanda bl-iskor ta’ 18-14.
Il-maltin tilfu l-ewwel sessjoni 7-4 filwaqt li rebħu t-tieni sessjoni 3-2.
It-tielet sessjoni kienet determinanti għall-olandiżi hekk kif rebħu bl-iskor ta’ 7-3.
It-team malti ipprova jwettaq reazzjoni u jsalva r-riżultat hekk kif rebaħ l-aħħar sessjoni 4-2, biss dan ma kienx biżżejjed sabiex jeqleb ir-riżultat favur tiegħu.
Malta issa tilgħab għada s-sibt fis-7:00 kontra l-Portugall l-ewwel logħba ta’ klassifikazzjoni filwaqt li wara nofs-in nhar tilgħab logħba oħra ta’ klassifikazzjoni għall-post finali bejn il-ħames ut-tmien pożizzjoni.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/20233311/470223358_1354105276017094_3784745516892235846_n-1024x664.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/20233317/470222775_1354105312683757_4270043503267978553_n-1024x637.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/20233344/471160849_1354030206024601_5016527952466245068_n-1024x1024.jpg)