Minn tal-inqas żewġ persuni tilfu ħajjithom u aktar minn 60 indarbu wara li karozza baqgħet dieħla u saqet fuq in-nies f’Villaġġ tal-Milied fil-belt ta’ Magdeburg, fiċ-ċentru tal-Ġermanja.
Rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jirrapportaw kif is-suspettat, li ġie arrestat, huwa tabib mill-Arabja Sawdija ta’ madwar 50 sena u ilu jgħix fil-Ġermanja mill-2006. Qed jingħad li huwa saq madwar 400 metru fuq in-nies li kienu f’dan il-Villaġġ tal-Milied.
Il-Gvern qed iqis dan bħala attakk, waqt li l-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz ta l-kondoljanzi u l-kuraġġ lill-vittmi ta’ dan l-inċident.
Il-Kanċillier Scholz qal li se jżur ir-reġjun matul il-ġurnata tas-Sibt.