It-team nazzjonali malti tal-waterpolo sofra telfa minima ta’ 15-14 kontra l-Ġermanja fit-Tazza tad-Dinja Diviżjoni 2 f’Istanbul it-Turkija. Il-maltin kellhom wirja mill-aqwa kontra t-team ġermaniż u kienu sfortunati li sofrew goal tletin sekonda mit-tmiem li rahom jitilfu ċ-ċans li jiktbu l-istorja.
L-ewwel sessjoni intrebħet mill-Ġermanja bi skor ta’ 5-3. Bilanċjata t-tieni sessjoni li ntemmet fi draw ta’ 3-3 filwaqt li l-maltin irreaġixew fit-tielet sessjoni meta rebħu 5-3. Kumbattuta l-aħħar sessjoni li ntemmet 4-3 favur l-avversarji.
Minkejja t-telfa tal-lum it-team malti xorta għadda għall-kwartifinali u issa jerġa’ jkun fl-azzjoni għada l-Ġimgħa kontra l-Olanda fis-18:30.
Il-bieraħ il-maltin għelbu lil Singapore bl-iskor kbir ta’ 21-7.
Formazzjoni/Skorers ĠERMANJA: F. Benke, Z. Bozic 3, M. Dyck, F. Schultze 1, A. Sekulic, P. Dolff, D. Strelenzkiji 3, L. Kueppers 2, S. Seifert, T. Hofmann 2, N. Schipper 1, M. Gansen 3, M. Spittank, V. Simic.
Formazzjoni/Skorers MALTA: J. Tanti, L. Galea, A. Galea 1, M. Castillo, S. Gialanzè, B. Cachia , S.Camilleri 5, J. Cutajar 1 , J.Abela 1, N. Zammit 3 , D. Zammit , M. Azzopardi, B. Busuttil, J. Bonavia 2.