Illum, għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ filgħodu (1045hrs), il-Pulizija ġiet infurmatab’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ġermanja, in-Naxxar fejn mara ta’ 78 sena u residenti n-naxxar, tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha tat-tip Toyota Vitz u ħab ter fi trakk li kien ipparkjat. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u wara ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Hemm ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament. Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.