Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota l-aħbar li l-uffiċjal tal-Pulizija Kurt Rizzo, li jifforma parti mill-Ispecial Intervention Unit, l-SIU, ġie sospiż mill-Korp tal-Pulizija wara li allegatament ittestja pożittiv għad-droga kokaina u li kien involut f’leaks ma’ traffikanti tad-droga.
Filwaqt li l-Partit Laburista jinnota li din l-aħbar intlaqgħet minn skiet itarrax mill-Partit Nazzjonalista u l-akkolti tiegħu, li s-soltu jitfixklu f’saqajhom biex joħorġu jattakkaw lill-Gvern u jitolbu għar-riżenji, jinnota wkoll li Kurt Rizzo għandu parentela mal-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo.
John Rizzo huwa r-rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.
Il-Partit Laburista staqsa x’se tkun il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar dan u jekk jaħsibx li, quddiem dawn l-iżviluppi, il-pożizzjoni tiegħu fil-kariga għadhiex tenibbli?