Inċident li seta’ spiċċa ferm ikrah waqt il-partita mill-Kampjonat tal-Youths bejn Floriana u Birkirkara hekk kif partitarju ta’ Floriana sofra attakk tal-qalb waqt l-imsemmija partita.
Minn informazzjoni li għanda din il-paġna, l-ewwel għajnuna ingħatat fic-Centenary Stadium stess mill-paramediċi u fiżjoterapisti li kienu preżenti għal partita fejn saħansitra kellhom jagħmlu użu mid-defibrillatur sabiex jistabilizzaw lill-persuna.
Il-partitarju eventwalment ittieħed l-sptar Mater Dei b’ambulanza.
F’stqarrija, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol irringrazzjat lil dawk kollha li assistew li l-persuna li sofriet l-attakk tal-qalb.
Il-konfront bejn Floriana u Birkirkara intemm fid-draw ta’ 2 – 2.