Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota kif illejla ħarġet differenza ċara bejn Gvern li hu fuq in-naħa tan-nies u Oppożizzjoni li ħadet in-naħa ta’ kontra l-poplu. Anzi b’arroganza tgħid “Tgħidx mhux favur.” Hekk qal il-Kap tal-Oppożizzjoni llejla meta mistoqsi kif se jivvota fuq il-Budget.
Bl-approvazzjoni tal-Budget grazzi għall-vot tal-Gvern, miżuri mħabbra fil-Budget se jidħlu fis-seħħ mis-sena d-dieħla. Miżuri li jsostnu u jinvestu fil-familji fosthom il-middle-class permezz tal-ikbar tax cut fl-istorja għall-ħaddiema. Din se tfisser titjib sostanzjali fid-dħul tal-familji. Dan apparti aktar għajnuna biex il-kontijiet tad-dawl jibqgħu l-orħos fiż-Żona Ewro, iż-żieda għall-10 darba fil-pensjonijiet u żieda qawwija oħra ta’ €250 fiċ-Children’s Allowance għal kull wild, kompla jgħid il-Partit Laburista.
L-Oppożizzjoni llum ivvutat kontra l-Budget, imma preferiet id-dokument tagħha leaked tal-Pre-Budget, li fi kliem l-esperti tagħha stess qalulha li ma hemmx sustanza.
Fil-mumenti deċiżivi, il-poplu jaf min hu fuq in-naħa tiegħu, temm jgħid il-Partit Laburista.