Meta l-Ħadd fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera tkompla l-kampjonat ewlieni Super League kompliet ukoll il-mixja pożittiva ta’ Falcons u taċ-champions Swieqi Phoenix Nium. Il-leaders Falcons rebħu lil Flyers 3-1. Dan ir-riżultat ifisser li issa Falcons, immexxija minn Jacques Seifert, għandhom ħames rebħiet minn ħames logħbiet u jinsabu f’ras il-klassifika bi ħmistax -il punt. Fit-tieni partita, iċ-champions Swieqi Phoenix Nium rebħu lil Birkirkara 3-0. B’hekk it-team ta’ Leonard Zammit Munro baqa’ l-isfidant ewlieni ta’ Falcons dan l-istaġun.
Ir-riżultati kollha
U 19
Depiro vs Paola Yes to Health Fitness 3-1
L-Ewwel Diviżjoni
Swieqi Phoenix Challengers vs BKVC Reds 0-3
U15
Paola Maypole vs Swieqi Phoenix Young Stars 0-3
U17
Depiro Gold vs Swieqi Phoenix Ninjas 3-0
Depiro Blue vs Sweiqi Phoenix Volley Maniacs 3-0
Super League
Falcons VC vs Flyers 3-1
Swieqi Phoenix NIUM vs Birkirkara VC 3-0
Marindex Trophies Christmas Cup
Intant it-Tnejn fil-għaxija fil-kumpless Sportiv ta’ Kordin jingħata l-bidu għat-tielet edizzjoni tat-Tornew Marindex Trophies Christmas Cup bl-ewwel partita. Fil-5.30pm Paola Executive Security mill-Ewwel Diviżjoni jaffrontaw lil Flyers. Ta’ min wieħed jinnota li l-ewwel żewġ edizzjonijiet ta’ dan it-tornew tal-Milied kienu ntrebħu minn Birkirkara u Paola Executive Security.